Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (1) & (2)
View all images
No items found.
Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (1) & (2)

Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (1) & (2)

€40.90 
€37.90 
Price includes VAT, excludes delivery
Free local delivery
Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (1) & (2)

Dan huwa ktieb immirat għal dawk l-istudenti u persuni oħra interessati li qed jippreparaw ruħhom għall-eżami tal-MATSEC Malti fil-Livelli Avvanzat u Intermedju, is-sillabu l-ġdid li l-ewwel sessjoni tiegħu se ssir fis-sena 2021. Il-materjal f’dan il-ktieb jipprepara lill-istudenti għat-tieni karta (Livell Avvanzat) li tinqasam hekk:

Taqsima A: għażla ta’ 20 poeżija minn Mal-Fanal Hemm Ħarstek Tixgħel ta’ Oliver Friggieri;

Taqsima B: għażla ta’ 20 poeżija minn Xi Drabi Mqar Persuna ta’ Simone Galea;

Taqsima Ċ: analiżi kritika ta’ poeżija jew silta narrattiva fittizzja.

Is-sabiħ ta’ ktieb bħal dan huwa l-fatt li hu kollaborazzjoni bejn żewġ għalliema ewlenin ta’ oqsma ta’ tagħlim varju, Patrick J. Sammut u Tarċisju Zarb. Dan il-ktieb jipprovdi lill-qarrejja saġġi introduttivi, flimkien ma’ kumment individwali magħmul minn analiżi tematika u stilistika, u parafrażi għal kull waħda mill-erbgħin poeżija inkwistjoni; tabelli riassuntivi fejn il-poeżiji huma kklassifikati skont temi speċifiċi, ta’ natura tematika u stilistika għal kull poeżija magħżula. Hemm ukoll tagħrif ġenerali dwar it-twelid u l-iżvilupp tal-moviment femminista, dwar nisa li għamlu isem fil-qasam intellettwali u femminista, u anki lista parzjali ta’ poeti nisa Maltin. Jiġu inklużi wkoll mistoqsijiet li jgħinu lill-istudenti tal-Malti Avvanzat u Intermedju jirriflettu u jipproduċi l-materjal tagħhom bħala parti mill-proċess ta’ preparazzjoni għall-eżami, imma anki tal-għarfien ta’ testi letterarji importanti li jintrabtu mas-seklu 20 u bidu tas-seklu 21.

Fit-tielet u r-raba’ taqsima huma inklużi żewġ introduzzjonijiet dwar kif jinbnew il-komponimenti ta’ analiżi kritika tal-poeżija u tan-narrattiva, flimkien ma’ komponimenti mudell li juru fil-prattika kif għandhom isiru eżerċizzji ta’ analiżi kritika bħal dawn. L-istudenti tal-Malti Intermedju għandhom jikkonċentraw fuq il-materjal li jirrigwarda l-poeżiji ta’ Simone Galea. Fl-aħħarnett, il-qarrejja jsibu wkoll bibliografija qasira ta’ testi li jkomplu jgħinuhom biex jifhmu aħjar it-testi inkwistjoni u jissaħħu iktar fl-għarfien tal-letteratura Maltija.

___

Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (2)

Dan huwa ktieb immirat għal dawk l-istudenti u persuni oħra interessati li qed jippreparaw ruħhom għall-eżami tal-MATSEC Malti fil-Livelli Avvanzat u Intermedju, is-sillabu l-ġdid li l-ewwel sessjoni tiegħu se ssir fis-sena 2021. Il-materjal f’dan il-ktieb jipprepara lill-istudenti għat-tielet karta (Livell Avvanzat) li tinqasam hekk:

Taqsima A: ir-rumanz Ħelsien ta’ Ġużè Bonniċi;

Taqsima B: għażla ta’ novelli mill-ktieb Xemgħat ta’ Trevor Żahra;

Taqsima Ċ: id-dramm Karnival ta’ Francis Ebejer.

Is-sabiħ ta’ ktieb bħal dan huwa l-fatt li hu kollaborazzjoni bejn żewġ għalliema ewlenin ta’ oqsma ta’ tagħlim varju, Tarċisju Zarb u Patrick J. Sammut. Hawn wieħed isib saġġi ta’ natura tematika li jittrattaw il-livell simboliku u soċjali, imma anki t-tema tal-ambizzjoni (fil-każ ta’ Ħelsien), flimkien ma’ introduzzjoni ġenerali, analiżi kritika, fejn u kif isseħħ il-ġrajja, ir-rabta bejn il-passat u l-preżent, riflessjonijiet oħra, u saġġ dwar l-importanza tal-Psikoloġija f’rabta mal-istudju tal-Letteratura Maltija (fil-każ ta’ Karnival). Huma inklużi wkoll siltiet importanti, kemm mir-rumanz ta’ Ġużè Bonnici kif ukoll mid-dramm ta’ Francis Ebejer, u xi mistoqsijiet li jgħinu lill-istudenti jirriflettu u jipproduċi l-materjal tagħhom bħala parti mill-proċess ta’ preparazzjoni għall-eżami, imma anki tal-għarfien ta’ testi letterarji importanti li jintrabtu mas-seklu 20.

Rigward in-novelli ta’ Trevor Żahra il-qarrejja ta’ dan il-ktieb se jsibu żewġ intervisti mal-kittieb Trevor Żahra, u kummenti dwar kull novella, flimkien ma’ xi mistoqsijiet ta’ natura tematika u stilistika li jgħinu lil dak li jkun jirrifletti dwar it-test inkwistjoni.

L-istudenti tal-Malti Intermedju għandhom jikkonċentraw fuq il-materjal li jirrigwarda r-rumanz Ħelsien ta’ Ġużè Bonnici.

Author:
Patrick J. Sammut & Tarċisju Zarb
Translated by:
Illustrated by:
Language:
Maltese
Cover:
Paperback
Weight:
960
g
ISBN:
Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Taghrif u Tahrig (1) & (2)
Also available as an ebook

Similar titles

No items found.