Novelli / Short Stories
Free local delivery
NOVELLI
Biċċa minn hawn, u biċċa minn hemm, tilqit minn memorji tat-tfulija, minn esperjenzi personali jew minn dak li smajt, ġbart u ssellift minn fomm ħaddieħor, stejjer imżewqa b’realtajiet storiċi riċerkati u fatti oħra veri, bnew din il-ġabra ta’ stejjer qosra. Uħud huma minsuġa minn sempliċi fantasija ħielsa minn kull lġiem, li timraħ fid-dinja tal-ħolm u toħloq dak li l-immaġinazzjoni tiddetta.
Uħud jinkludu karattri ta’ diversi persuni li stajt nosserva jew niltaqa’ magħhom tul il-mixja tas-snin. B’kuntrast ma’ l-istejjer mibnija fuq tema leġġera, oħrajn jinkludu ġrajjiet ta’ realtajiet ta’ swied il-qalb, ħarxa u xi drabi krudili.
U jgħaqqad dawn il-biċċiet ta’ mużajk imżewwaq li bħal kalamiti nġibdu lejn xulxin biex twieldu dawn il-ħdax-il novella, is-siment iġġenerat mill-immaġinazzjoni.
***
SHORT STORIES
Little details fished out of the remnants of childhood memories, personal experiences, stories gathered from various sources and personal encounters with a number of persons provided me with the material for weaving this collection of stories.
Some of these are the fruit of pure colourful fantasy, while others are built on instances of stark reality. These I endorsed with historical research, personal observation and experience, and the factual fi rst hand personal reporting of real occurances.
Magnetic mosaic pieces attracted towards each other gave birth to this collection of 11 short stories, cemented together with the binding ingredient of a fanciful imagination.