Pietru Caxaru u l-Kantilena Tiegħu
Free local delivery
Pietru Caxaru u l-Kantilena Tiegħu ta' Mark Montebello.
Il-Kantilena hija l-eqdem poeżija bil-Malti. Inkitbet mill-filosfu, oratur u poeta mill-Imdina, Pietru Caxaru, aktar minn 550 sena ilu. Sal-lum għadha tisraq qalb kulħadd u ssaħħarhom bil-ġmiel, id-dehen u s-siwi tagħha.
Dan il-ktejjeb huwa l-uniku introduzzjoni li se ssib għal din il-ġawhra qadima u prezzjuża tal-ilsien Malti.
Fih tiltaqa' mal-awtur tal-Kantilena, ma' min ittraskriviha, ma' min sabha wara ħames sekli u mal-mod affaxxinanti ta' kif ġiet skoperta. Il-ktejjeb jagħtik ukoll ħafna informazzjoni oħra dwar il-Kantilena: attivitajiet li saru marbutin magħha, kif tista' taqraha u tifhimha, studji professjonali dwarha, xi żbalji fil-manuskritt fejn instabet, fejn hu midfun l-awtur tagħha, min kienet is-sieħba tiegħu, kif ukoll lista sħiħa tal-kitbiet kollha li, matul dawn l-aħħar sittin sena, ikkontribwew biex jinxteħet dawl aħjar fuqha u tingħata l-importanza li jixirqilha.
***
Pietru Caxaru u l-Kantilena Tiegħu ta' Mark Montebello.
The Kantilena is the oldest poem in the Maltese language. It was written by Pietru Caxaru, a philosopher, orator and poet from Imdina, Malta, more than 550 years ago. To this day it remains one of the most beautifully written poems in Maltese and it introduces to the Kantilena in all its literary glory.