Tifkiriet ta'Tfulija fil-Furjana: Malta fil-Paċi u fil-Gwerra / Reminiscences of Childhood in Floriana - Malta in Peace and War 1930 - 1950.
Free local delivery
Tifkiriet ta' Tfulija fil-Furjana: Malta fil-Paċi u fil-Gwerra 1930 - 1950 hija t-traduzzjoni għall-Malti minn Godwin Ellul tal-ktieb Reminiscences of Childhood in Floriana - Malta in Peace and War 1930 - 1950 ta' Joe Bugeja.
"Din mhix biss storja ta' ħajja ta' bniedem iżda wkoll kummentarju kritiku ta' dawk il-ġrajjiet importanti fl-istorja ta' Malta li żewqu dik il-ħajja. Riflessjonijiet bħal dawn minn moħħ miftuħ u matur huma ta' siwi għalina għax jiftħu mill-ġdid id-dibattitu u d-diskussjoni dwar avvenimenti importanti ta' pajjiżna. Bugeja m'għandux simpatiji, l-iswed jgħidlu iswed u l-abjad abjad - li hu żgur madanakollu hu li hu ġenwinament Malti."
"Fil-qasir u b'riflessjonijiet f'waqthom għandna kummentarju ta' ġrajjiet importanti li seħħew matul il-gwerra u minħabba fiha. Dawn ir-riflessjonijiet personali huma importanti għax mhux komuni imma jikxfu bosta drabi l-vera raġuni għaliex seħħew ċertu affarijiet. Dan il-ktieb, flimkien max-xogħol ta' Herbert Ganado u Oliver Friggieri, joħloq triloġija sa mill-ewwel snin tas-seklu għoxrin sal-bidu tas-seklu wieħed u għoxrin. Dawn il-kotba flimkien m'oħrajn, fosthom ta' Sir Arturo Mercieca jagħtuna spektrum wiesa' u interessanti ta' dak li Malta u l-Maltin għaddew minnu matul dawk is-snin sabiex b'hekk insiru nafu dejjem aktar il-verità ta'dawk iż-żmenijiet."
Godwin Ellul
***
Reviews
Fil-ktieb ‘Tifkiriet ta’ Tfulija fil-Furjana’ Godwin Ellul, fuq traduzzjoni tal-ktieb ta’ l-awtur Joe Bugeja, jieħdok lura għexieren ta’ snin u jerġa jgħix perjodu mill-aktar importanti fl-istorja tal-Furjana u ta’ Malta., dawk bejn l-1930 u l-1950. Il-memorji li jirrakkonta Ellul huma xiehda ta’ l-istejjer li rrakkontawli n-nanniet tiegħi li għexu ħajjithom kollha ġewwa l-Furjana u allura esperjenzaw kemm it-tbatija li ġabet magħha it-Tieni Gwerra Dinjija kif ukoll is-sbuħija u s-seħer tal-ġmiel tal-Furjana. Ellul jirrakonta l-ħajja ta’ kuljum tal-Maltin, b’mod partikolari tal-Furjana tal-imgħoddi u jiddeskrivi diversi tradizzjonijiet fost oħrajn dawk kulinari, muzikali u ta’ divertiment li ikkaraterizzaw lil Malta ta’ dawk iz-zminijiet. Dan il-ktieb huwa rakkont ta’ wirt nazzjonali kbir u jqanqal nostalġija f’dawk li għexu f’dawn iz-zminijiet izda mhux biss. Dan il-ktieb iservi ta’ referenza u ta’ interess għal ġenerazzjonijiet li ġew wara t-Tieni Gwerra Dinjija u ta’ dawk li għad iridu jiġu.
Sharon Naudi
***
Tifkiriet ta' Tfulija fil-Furjana: Malta fil-Paċi u fil-Gwerra 1930 - 1950 is the Maltese translation by Godwin Ellul of Joe Bugeja's Reminiscences of Childhood in Floriana - Malta in Peace and War 1930 - 1950.
Joe Bugeja writes his memoir with objectivity; the memories of a boy growing up in a crucial time in Malta's history. The work includes vivid depictions of the most terrible years that Malta lived through from 1940 -1943. Told from the poignant perspective of everyday life, portraying the bombardment and starvation that hit the harbor region. Seen through the eyes of a young boy, the games and pastimes of childhood play as much prominence and intermingle with the Siege of Malta. Juxtaposed to war-torn harbor life, is the narrative of Rabat, a city lying securely some miles away, watching from a safe distance. This work is a testimony to the resiliency of the human spirit, portraying the individuals ability to emerge from great conflict stronger than before.