Dedika
Free local delivery
Il-protagonisti ta’ dawn in-novelli jistgħu jkunu int, jien, xi wħud li nafu u oħrajn li ma nafux. Imħabba, libertà, diżappunt, weġgħat, ferħ, gratitudni, għira u tama kollha huma emozzjonijiet illi se niltaqgħu magħhom f’dawn l-istejjer u li se jżommuna mwaħħlin magħhom sakemm naslu fit-tmiem, tmiem li mhux bilfors ikun kif nixtiequ aħna. Hemm stejjer li se jħalluna nistaqsu ħafna mistoqsijiet u mhux dejjem se nsibu tweġiba għalihom. Eżatt bħall-ħajja ta’ kuljum ... ħafna drabi jkun diffiċli naslu fejn irridu, jew nieħdu dak li jistħoqqilna. Missier li qiegħed jgħix bit-tama li jfiq, imur flimkien ma’ bintu jisma’ dik li kellha tkun l-aħħar Antifona li sema’ ... Leonard jagħmel għażla li xejn mhi faċli ... Catherine għadha tistenna lill-għarus sakemm darba ntebħet b’xi ħaġa ... Sajika taħrab minn pajjiżha bit-tama li ssib l-art ħanina ... mara tibqa’ tittama li l-linja blu xi darba se tibdlilha ħajjitha ... Greta tqabbel ħajjitha ma’ dik ta’ wirdiena għajjiena li kellha mas-sink tal-kċina ... Freda ma temminx illi żewġha jasal li jaqlibhielha mal-akbar ħabiba tagħha ... Adelina tagħti l-vjolin tagħha lil tifel fqir li ma kellu lil ħadd ... u James, maniġer ta’ stamperija, joffri promozzjoni lil waħda mit-tfajliet tal-uffiċċju.
Kull storja hija interessanti u f’kull storja, il-protagonist jixtieq jasal xi mkien!