Is-Sajf / L'Eté
View all images
No items found.

Is-Sajf / L'Eté

€8.00 
€7.00 
Price includes VAT, excludes delivery
Free local delivery

Is-Sajf / L'Eté, tal-awtur rinomat u rebbieħ tal-Premju Nobel Albert Camus, huwa ġabra ta’ saġġi liriċi b’laqtiet filosofiċi mitbugħin f’Jannar tal-1954 iżda miktubin bejn l-1939 u l-1953, perjodu ta’ żmien li fih l-Ewropa rat taqlib kbir u li jwaħħax. B’danakollu Albert Camus (1913-1960) jispira ruħu minn temi li huwa nnifsu jsejħilhom “solari”. Huma fuq kollox testi Mediterranji bħal dawk li nsibu f’Tieġ, ġabra oħra ta’ saġġi ppubblikata qabel it-Tieni Gwerra Dinjija fl-1938, iżda mingħajr l-ispirtu libertin li fihom dawn tal-aħħar. L-awtur naturalment tliġġem għax laħaq daq is-semm li taf tagħti l-ħajja u li minħabba fih ma setax iwettaq l-għanijiet avventurużi tiegħu: “Is-sena li fiha faqqgħet il-gwerra suppost li kelli nsalpa biex jien ukoll ngħaddi mill-perikli tal-vjaġġ twil li għamel Ulisse … Biss dakinhar jien għamilt bħal kulħadd. Ma salpajtx.”

(Prometju fl -Abbissi)

U hekk timposta ruħha t-tema tal-vjaġġ fuq livelli differenti sakemm fl-aħħar saġġ l-awtur jgħidilna li lest “isalpa” x’ħin irid hu. Għad li ma jafx x’hemm jistennieh barra l-port, hu qiegħed fuq ix-xwiek biex jerġa’ joħroġ avolja għadu kemm temm vjaġġ ieħor mhux nieqes mill-ansjetà li tbaqbqu. Iżda għall-kuntrarju ta’ dak li nsibu fl-ewwel saġġ, fejn Camus ma jeskludix il-possibbiltà li jsalpa ma’ oħrajn – “Għada forsi nsalpaw flimkien.” (Il-Minotawr) – issa jingħalaq fih innifsu u l-vjaġġ lest jaffrontah waħdu

(Il-Baħar fi l-Qrib).

Is-Sajf / L'Eté huwa s-sitt ktieb mis-sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.

***

Is-Sajf / L'Eté by the world-famous author and Nobel prize winner Albert Camus is a collection of eight lyrical, short stories with a philosophical bent, translated into the Maltese language by Prof. Toni Aquilina, D. es L. Written between 1939 and 1953, Camus explores the Mediterranean from his native Algeria, through Greece to the Atlantic, addressing controversy and the violence of the modern world with great irony. Is-Sajf / L'Eté was published by FARAXA to celebrate the 100th anniversary from the birth of Camus. Is-Sajf / L'Eté is the sixth book in the FARAXA Translation Series.

Author:
Albert Camus
Translated by:
Toni Aquilina
Illustrated by:
Language:
Maltese
Cover:
Paperback
Weight:
137
g
ISBN:
9789995782818
Is-Sajf
Also available as an ebook

Similar titles

Il-Maqlub u s-Sewwa  / L'Envers et l'Endroit

Il-Maqlub u s-Sewwa / L'Envers et l'Endroit

€9.99 
€8.00 
Sbuħija Moħlija' u stejjer oħra

Sbuħija Moħlija' u stejjer oħra

€9.95 
€7.50 
L-Intruża u L-Għomja / L’Intruse et Les Aveugles

L-Intruża u L-Għomja / L’Intruse et Les Aveugles

€8.50 
€7.00 
Il-Letteratura fit-Traduzzjoni / Literature in Translation

Il-Letteratura fit-Traduzzjoni / Literature in Translation

€15.00 
€8.00 
L-Alla tal-Ħerba / Le Dieu du Carnage

L-Alla tal-Ħerba / Le Dieu du Carnage

€8.00 
€6.50 
Passjoni Sempliċi / Passion Simple

Passjoni Sempliċi / Passion Simple

€8.95 
Antigona

Antigona

€8.50 
€5.50 
Dinjet il-Qattus

Dinjet il-Qattus

€13.00 
€10.00 
Glossarju: Ġermaniż-Malti / Malti - Ġermaniż

Glossarju: Ġermaniż-Malti / Malti - Ġermaniż

€22.00 
€18.00 
Ħafna Ħajjiet, Ħafna Mgħallmin / Many Lives, Many Masters

Ħafna Ħajjiet, Ħafna Mgħallmin / Many Lives, Many Masters

€13.00 
€9.00