Antigona
Free local delivery
Antigona ta' Jean Anouilh hu s-sittax-il ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.
"U hekku. Issa l-ħabel ingħata u l-molla ssikkata. Ma fadalx ħlief li jinħall waħdu. Dak hu li hemm sewwa f’traġedja. Naqra ta’ tefgħa u għandna mmorru; xejn, daqqa t’għajn lejn tfajla hija u għaddejja tgħolli dirgħajha fit-triq; xenqa għall-unuri għodwa waħda sabiħa malli dak li jkun jistenbaħ […]; mistoqsija żejda li wieħed jistaqsi lilu nnifsu filgħaxija… Dak kollox. Wara, m’hemmx aktar x’wieħed jagħmel ħlief jitlaq minn idejh. Joqgħod bi kwietu. Iħalli kollox miexi waħdu. Il-magna taħdem preċiż, lubrifikata tajjeb mill-bidu taż-żminijiet. Il-mewt, it-tradiment, id-disprament qegħdin hemm, lesti għalkemm jaqbdu triqithom; l-istess it-tifqigħ u t-tempesti, kif ukoll is-skiet, kull tip ta’ skiet: is-skiet xħin driegħ il-bojja jitla’ sa fl-aħħar; is-skiet fil-bidu xħin iż-żewġ maħbubin ikunu għarwinin biswit xulxin għall-ewwel darba, mingħajr ma jazzardaw jiċċaqilqu minnufih, ġol-kamratas-sodda mudlama; is-skiet xħin il-folla tinfaqa’ tgħajjatmadwar ir-rebbieħ […] It-traġedja ħaġa nadifa. Isserraħ,ma fihiex fiex titfixkel … Fid-melodramm – b’dawk it-tradituri kollha, dawk in-nies ħżiena kollha ta’ qattagħni, dik l-innoċenza maħqura, dawk il-vendikaturi, dawk is-sant’umberti, dawk ir-raġġi ta’ tama – il-mewt issir ħaġa tal-biża’, bħal f’xi aċċident […] Fit-traġedja noqogħdu bikwietna. Ibda biex, tagħna f’tagħna. Insomma kulħadd innoċenti! Mhux billi hemm wieħed li qatel u l-ieħor li nqatel. Kwestjoni tar-rwol li jkollu dak li jkun. U mbagħad, fuq kollox,it-traġedja sserraħ, għax wieħed jaf li m’hemmx aktar tama, tama mġiddma; jaf li nqabad, li sa fl-aħħar nqabad bħal far, bis-sema kollu jagħfas fuq dahru […] Fid-dramm, dak li jkun jissielet bit-tama li jġibha żewġ. Tal-mistħija, skont id-daqqa ż-żifna. Ara hemm, l-att hu gratwit. Għas-slaten. U ma jkun għad fadal xejn aktar xi jsir, sa fl-aħħar!"
***
Antigona by Jean Anouilh, a New York Times Notable Book and France's #1 best-seller for eight months.
Translated by Toni Aquilina, Antigona was released during the Occupation in France and prompted a debate as to its possible interpretations. It tells the story of the young Antigone who fights against the authority of her uncle, King Creon, and is eventually sentenced to death.