Molière: Tartuffe - Ix-Xħiħ
View all images
No items found.

Molière: Tartuffe - Ix-Xħiħ

€16.50 
€15.50 
Price includes VAT, excludes delivery
Free local delivery

Id-disgħa u għoxrin traduzzjoni mis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa. Żewġ kummiedji ta' Molière, Tartuffe u x-Xħiħ (L'Avare).

Jean‑Baptiste Poquelin (Molière, 1622‑1673) daħal fix‑xena tal‑kummiedja għall‑palk fi Franza fis‑seklu sbatax.

Molière tnebbaħ minn ħafna drammaturgi li ġew qablu, bħal Troterel, Hardy, Corneille, Quinault fost oħrajn, f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ personaġġi, plots, intrigi u aspetti temporali involuti fil‑kummiedji tiegħu stess. Nistgħu ngħidu li prattikament m’hemmx wieħed li b’xi mod jew ieħor ma kkontribwiex biex jinbnew il‑kummiedji tipiċi tiegħu. Aktar ma naqraw ix‑xogħlijiet ta’ dawn il‑predeċessuri aktar nindunaw kemm Molière kien midjun lejhom. Iżda kien hu li introduċa permezz tal‑kummiedji l‑imitazzjoni tan‑natura. F’idejh, il‑kummiedja tosserva r‑realtà tal‑ħajja, mhux sempliċi ħolqien immaġinarju. Hu ried li l‑personaġġi tiegħu jingħarfu mill‑udjenza bħala nies tad‑demm u l‑laħam kontemporanji sew jekk jagħmlu parti mill‑popolin, mill‑borgeżija jew min‑nobbiltà. U jsostni li jekk ifalli f ’din il‑ħaġa, ikun falla b’mod assolut.

Aristotli ddefinixxa l‑kummiedja bħala dak ix‑xogħol li jrid jispiċċa b’rikonċiljazzjoni, u mill‑punto di vista medjevali, il‑kummiedja tibda fuq nota ta’ dwejjaq u tispiċċa fuq waħda ta’ ferħ. Il‑funzjoni tal‑kummiedja kif kien jifhimha Molière, kienet tikkonsisti f’ċanfir jew kastig għal xi vizzju jew ieħor li jispikka fis‑soċjetà li kien jgħix fiha hu, permezz tas‑satira li ddaħħak bla ma twaġġa’ u mingħajr prietki.* L‑għażla tal‑vizzji li kien jattakka kienu mnebbħin mill‑kodiċi morali li kien jimxi fuqu hu stess. F’din il‑pubblikazzjonita’ dawn iż-żewġ kapulavuri minn tlieta u tletin biċċa xogħol għall‑palk li ħallielna Molière, huwa jirredikola ’l‑ipokriti u l‑oqbra mbajda dejjem lesti biex jaħbu n‑nuqqasijiet tagħhom wara d‑devozzjoni falza (f’Tartuffe). U lil min hu skjav tal‑flus sal‑punt li jissagrifika l‑kuntentizza ta’ wliedu u l‑unur tiegħu tant li jitlef id‑dinjità kollha (f’Ix-Xħiħ).

*Il-kunċett ta’ kummiedja f ’Molière hu dak ta’ Castigat ridendo mores.

Aktar informazzjoni tinsab fl-istudju tal-Prof. Toni Aquilina qabel ma jibdew il-kummiedji ta' Molière.

Author:
Molière
Translated by:
George Cassola
Illustrated by:
Language:
Maltese
Cover:
Paperback
Weight:
240
g
ISBN:
9789995796143
moliere tartuffe ix-xhih
Also available as an ebook

Similar titles

Antigona

Antigona

€8.50 
€5.50 
L-Alla tal-Ħerba / Le Dieu du Carnage

L-Alla tal-Ħerba / Le Dieu du Carnage

€8.00 
€6.50 
Raise the Curtain

Raise the Curtain

€17.75 
€15.00