Noti Fuq id-Demm u l-Laħam
Free local delivery
Dn hi t-tnejn u tletin traduzzjoni mis-serje Traduzzjonijiet Faraxa. Kitba ta' Shahd Alshammari u tradotta għall-Malti minnToni Aquilina.
"Ktibt dil-ġabra ta' stejjer, parti memorji, parti narrattiva dwar mard, parti mħawdin, parti jħawdu 'l dak li jkun, stejjer parzjalment fittizji, parzjalment veri; u issa qiegħda f'idejkom. Fiha taħlita ta' stejjer, ta' ilħna, iżda fuq kollox, tittratta fuq in-nisa. Nisa li jħobbu, nisa dgħajfin wisq biex iħobbu, nisa li jiżżewġu għal għajn is-soċjetà, nisa li qatt ma jinsew l-ewwel imħabbithom, nisa li jibżgħu mill-irġiel, nisa li jikkumbattu mal-irġiel, nisa li jitilqu lill-maħbubin tagħhom, nisa li jitħabtu biex jingħataw edukazzjoni, u nisa li ma jistgħux jagħmlu ħaġ'oħra ħlief jissieltu biex jieħdu sehemhom. Dan-nisa jirrakkontaw ġrajjiethom u xi minn daqqiet l-irġiel jirrakkontaw tagħhom. Ambjentati fil-Kuwajt, dawn huma t-trawmi siekta, il-pjaċiri mrażżna, u n-naqra ta' stejjer personali kkontaminati, tal-atti ta' mħabba privati għall-aħħar. Kull att, jew nuqqas tiegħu, hi revoluzzjoni ċkejkna. L-imħabba tesponi ruħha bħala tema mill-bidu sal-aħħar, kif ukoll il-mod li bih tidħol f'ħabta mal-identità, mas-soċjetà, u mar-reliġjon."
- Shahd Alshammari