Oliver u l-Mużika fil-Wied
Free local delivery
Oliver u l-Mużika fil-Wied huwa t-tieni ktieb minn serje tat-tfal miktubin minn Claudia Micallef.
Oliver ma jiħux gost bil-bidla. Ħuh il-kbir Julian jiddejjaq joqgħod jieħu ħsiebu. Għalkemm l-aħwa ma jaqblux, it-tnejn jieħdu pjaċir iqattgħu nhar ta’ Sibt man-nannu Philip. Filwaqt li Julian iħobb jgħin fix-xogħol tar-razzett, Oliver ikun medhi jkanta u jitgħaxxaq bl-annimali. X’jiġri meta l-imħabba ta’ Oliver lejn il-mużika ġġiegħlu jmur ’il bogħod mir-rutina tas-soltu u mir-razzett? Tgħid Julian ser iżomm il-wegħda li għamel mal-papà? X’se ġġib magħha l-avventura tagħhom u kif ħa taffettwa r-relazzjoni ta’ bejniethom?
***
Oliver u l-Mużika fil-Wied is the second book of a children's series penned by Claudia Micallef.
Oliver does not take well to change, and his big brother Julian does not like being in charge of his little brother. Although the brothers don’t get along well together, they both enjoy going to grandpa Philip’s farm on Saturdays. While Julian loves helping out on the farm, Oliver enjoys singing and hanging around the animals. What happens when Oliver’s love of music takes him far from the usual routine at the farm? Will Julian be able to keep the promise he made to his dad? What will come of their adventure and how will it affect their relationship?