Bundle - Ġikkur: "Nifs 'il ġewwa u ieħor 'il barra, immedita ħalli tikkalma" / Ġikkur: "Aħna lkoll Naffermaw u fil-Karnival mal-Indjani Nkantaw"
Free local delivery
Ġikkur: 'Nifs 'il ġewwa u ieħor 'il barra, immedita ħalli tikkalma"
Permezz ta' dan ir-rakkont, Ġikkur jispjega lit-tfal:
1 - Kif jeħilsu mill-ansjetà
2 - Kif jeħilsu mill-biża'
3 - Kif ma jkomplux jinkwetaw.
F'din l-istorja l-ġenituri u t-tfal jiġu esposti għal teknika diġà ppruvata li tnaqqas il-livell ta' stress, b'impatt pożittiv fuq ħajjitna. It-Teknika magħrufa bħala Diaphragmatic breathing / Nifsijiet mid-dijaframma tgħodd speċifikament għall-persuni li jbatu minn biża' u ansjetà, sabiex jikkalmaw u jirrilassaw drastikament. Storja ambjentata f'Malta iżda toħodna wkoll inżuru l-ġmiel ta' pajjiżi oħra madwar id-dinja.
____
Ġikkur: "Aħna lkoll Naffermaw u fil-Karnival mal-Indjani Nkantaw"
It-tieni ktieb mis-sensiela 'Ġikkur'. Din id-darba Ġikkur jgħin lil Maria terbaħ fuq li-ibbuljar billi jgħallimha l-Lingwa tal-Pożittività, bl-Affirmazzjoni. Teknika li ma hi xejn ħlief kumplimenti li wieħed għandu jirrepeti lilu nnifsu ta' spiss.
Storja li tintroduċi lit-tfal din it-teknika sabiex iżidu l-kunfidenza u jemmnu aktar fihom infushom. Nesploraw flimkien il-kultura tal-poplu Indjan tan-Nativi Indjani kif ukoll dik Maltija permezz tal-Karnival.