Storja Medika ta' Malta
Free local delivery
Storja Medika ta’ Malta hija t-traduzzjoni bil-Malti ta' 'l fuq minn seba' mitt paġna tal-ktieb Medical History of Malta ta’ Paul Cassar, li ħareġ fl-1964; u ġie maqlub minn Godwin Ellul.
Il-fatt li Malta tinsab fiċ-ċentru tal-Mediterran, kif ukoll il-fatt li ġiet maħkuma minn forzi kbar tad-dinja tal-Punent matul l-istorja, ifissru li Malta għandha storja pjuttost estensiva. Malta kellha rwol importanti fl-istorja medika taċ-ċivilizzazzjoni tal-Punent, b’mogħod partikulari waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Għalhekk, dan il-ktieb ma jħarisx biss lejn l-istorja medika ta’ Malta, imma wkoll lejn dik tal-bqija tal-Ewropa bħala konsegwenza.
Dan ix-xogħol tant iddettaljat huwa r-riżultat ta’ riċerka inkredibbli minn naħa ta’ Cassar, u nħass neċessarju li kapulavur bħal dan jiġi disponibbli għal varjazzjoni akbar ta’ qarrejja. It-traduzzjoni ta’ Ellul hija letteratura neċessarja, u waħda li se tiġbed l-għajn ta’ qarrejja lokali li jinteressawhom l-istorja jew il-mediċina – jew it-tnejn!
--
Dr Paul Cassar twieled u rċieva l‑edukazzjoni tiegħu f’Malta. Wara li ggradwa fil‑Mediċina mill‑Università Rjali ta’ Malta kiseb Diploma fil‑Mediċina Psikoloġika fl‑Ingilterra. Kien jagħmel parti mill‑istaff li jgħallem u jeżamina fid‑Dipartiment tal‑Mediċina tal‑Università Rjali ta’ Malta u kien membru tas‑Soċjetà Storika ta’ Malta. Barra studji fl‑ispeċjalità tiegħu, ikkontribwixxa studji f’ġurnali storiċi f’Malta u barra.
--
Godwin Ellul studja fil-Kulleġġ De la Salle u fl-Universitajiet ta’ Malta u Warwick. Għal xi żmien kien Assistant Lecturer fil-Fakultà tal-Ekonomija, Management u Accountancy fl-Università ta’ Malta. Ittraduċa bosta xogħlijiet, fosthom Il‑Mixja ta’ Ħajti (2010), Tifkiriet ta’ Tfulija fil-Furjana – Malta fil-Paċi u fil-Gwerra 1930-1950 (2015) u Jiena Malala (2018). Ħadem ukoll fuq diversi indiċijiet, fosthom Rajt Malta Tinbidel, Malta and Mediterranean Prehistory, The Baroque Mind u Mintoff, Malta, Mediterra: My Youth. Huwa jwettaq ukoll xogħol ta’ kritika letterarja.
_________
Storja Medika ta’ Malta is the Maltese translation with over 700 pages of Paul Cassar’s 1964 tome Medical History of Malta, translated by Godwin Ellul.
Being in the centre of the Mediterranean, as well as being colonised by great forces in the Western world throughout history, means that Malta has quite an extensive history. Malta has played a pivotal role in the medical history of Western civilization, most particularly during World War II. Therefore, this book not only looks at Malta’s medical history, but also the rest of Europe’s as a consequence.
This immensely detailed work is the result of incredible research on Cassar’s part, and it felt necessary that such a masterpiece be made available to a wider range of readers. Ellul’s translation is a necessary piece of literature, and one that will certainly appeal to local readers who have an interest in history or medicine – or both!